Direttorat tal-Konformità dwar Finanzi u Akkwisti

Id-Direttorat tal- Procurement u Compliance inħoloq f’Gunju tal-2021 b’ l-għan li jsaħħaħ ir-rwol ta’ sorveljanza tad- Diviżjoni tal-Gvern Lokali (LGD)permezz ta’ reviews tal-attivitajiet finanzjarji u ta’ proċurement tal-Kunsilli Lokali, biex jiżgura konformità mal-ligijiet u r-regolamenti pertinenti tal-finanzi u ta’ proċurement. Ir-rapporti j jagħtu rikomandazzjonijiet għal attenzjoni u perusal tal-Segretarji Eżekuttivi u l-Kunsilliera. Barra minn reviews ta’ konformità, id-Direttorat jwettaq ukoll audits interni fokati b’mod speċifiku fuq il-cikli primarji finanzjarji tal-Kunsilli Lokali. Id-Direttorat tejjeb ir-rwol strateġiku tal-LGD billi introduċa żjarrat fl-uffiċċji tal-kunsilli lokali. Dan l-approċċ jippermetti analiżi indipendenti tal-proċessi finanzjarji, li jagħti s-setgħa lill-Kunsilli Lokali jidentifikaw id-dgħufijiet u jsaħħu l-kontrolli interni. Barra minn hekk, id-Direttorat iservi f’kapaċità ta’ konsulenza, u joffri gwida dwar kwistjonijiet ta’ ġestjoni finanzjarja u ta’ kontabilità lill-Kunsilli Lokali. Għandu wkoll rwol kruċjali fl-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-NAO billi jiffaċilita l-eżekuzzjoni tagħhom, jikkoordina l-pjanijiet ta’ rkupru, u jikkompila rapporti superviżorji. Il-ħruġ ta’ ċirkolari biex tiġi żgurata l-konsistenza fil-metodi tax-xogħol, il-policies, u l-proċeduri, kif ukoll is-soluzzjoni ta’ kwistjonijiet komuni enfasizzati fil- management letters, jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet tad-Direttorat. Id-Direttorat iwettaq Analiżi Finanzjarja u Interpretazzjoni tad-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji bil-għan li jifhem il-livelli tar-riskju, qabel il-kumpilazzjoni tal-Pjan ta’ Verifika Interna għall-kunsilli lokali u reġjonali u mwettaq mid-Direttorat. L-istess valutazzjoni tar-riskju tintuża wkoll meta jintgħażlu Compliance Reviews u tgħin biex tiġi evalwata l-qagħda finanzjarja tal-Kunsilli Lokali, partikolarment fir-rigward tar-riżervi u l-working capital.