Mistoqsijiet Frekwenti

Il-Customer Support Unit, li qiegħed fid-Dipartiment tal-Gvern Lokali – Monitoraġġ u Appoġġ jgħinuk twassal l-ilment tieghek lill-entita’  tajba u permezz tal-mezzi xierqa. Dan jista jinkludi tiddetermina jekk triq partikolari hijiex taht il-gurisdizzjoni ta’ Kunsill Lokali jew Gvern Ċentrali, jew jekk ir- responsabilita’ ta’ servizz publiku, bhal il-manutenzjoni tas-sinjali tat-traffiku jew marki tat-toroq fit-triq partikolari taqgħax taħt kunsill jew entita’ tal-Gvern oħra.





 

Tista’ tagħmel ilment onlajn, bit-telefown, ċċempel personalment jew tibgħat ilment bil-miktub, kif jintwera hawn:

L-indirizz tal-Customer Support Unit:
Diviżjoni għall-Gvern Lokali 26, Triq L-Arċisqof, Valletta VLT 1000

Telefown: 20908600

E-mejl: customercare.dlg@gov.mt

Ħinijiet tal–Ftuħ:

  • Mill l-1 t’ Ottubru sal–15 ta’ Ġunju (Ħinijiet tax-xitwa) Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8:30 am sat- 3:00 pm.
  • Mis-16 ta’ Ġunju sal-30 ta’ Settembru (Ħinijiet tas-Sajf) Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8:00 am sat-3:00pm

 

Informative Content

Kull ilment għall-informazzjoni jew gwida li hija riċevuta permezz tal-email, tiġi iċċekkjata u rikonoxxuta f’24 siegħa mill-ħin li tiġi riċevuta. Meta talba li tiġi riċevuta ma tkunx ikkonfermata, il-klijent ikun infurmat b’xi informazzjoni jew dokumenti neqsin fiz-żmien t’24 siegħa mill-ħin li it-talba kienet riċevuta.

Talbiet jew mistoqsijiet li ikunu deħlin u li jistgħu ikunu indirizzati mill-organizzazzjoni li tirċievi u għalhekk deċiżjonijiet m’għandhomx bżonn aktar konsultazzjoni interna jew externa, jiġu irrisponduti fiz-żmien 24 siegħa li ikunu intbħatu.

Talbiet jew mistoqsijiet li ikunu kumplessi fin-natura tagħhom u/jew ikollhom bżonn konsultazzjoni ma’ partijiet interessanti interni jew esterni u għalhekk ma jkunux jistgħu jiġu rrisponduti fil-ħin imsemmi hawn fuq, xorta jiġu rikonoxxuti.

Jekk għal xi raġuni li tmur lil hinn mill-kontroll tagħna, l-ilment tiegħek ma ikunx jista’ jiġi moqdi, inti tkun infurmat b’mod xieraq u jekk ikun hemm xi rimedju alternattiv, dan jiġi indikat.

Iva, tista’. Pero’, hija responsabiltà’ tiegħek li tara li jkollok permess mill–persuna fuq min qed taġixxi, qabel ma nistgħu nagħtu xi informazzjoni.

Jekk l-ilment jikkonċerna l-istess suġġett tal-azzjoni legali, allura ma nkunux nistgħu nsegwu l-ilment tiegħek.